Internazzjonali

Traġedja fl-ibħra Eġizzjani

RITRATT MILL-ARKIVJI

Huma tal-anqas 29 persuna dawk li mietu wara li l-lanċa li kienu fuqha nqalbet barra l-kosta Eġizzjana.
Abbord il-lanċa kien hemm 600 immigrant li kienu qed jippruvaw jaqsmu lejn l-Ewropa bil-baħar. Il-każ seħħ barra l-kosta ta’ Kafr al-Shieklh u abbord kien hemm Eġizzjani, Sirjani kif ukoll nies minn diversi pajjiżi Afrikani.
Il-każ seħħ hekk kif sigħat qabel l-aġenzija tan-Nazzjonijiet Uniti inkarigata mir-refuġjati, l-UNHCR, qalet li minkejja li din is-sena kien hemm anqas immigranti li qasmu l-Mediterran bil-baħar, dawk li mietu waqt dawn il-vjaġġi aktarx se jkunu aktar.