Lokali

Il-PN irid jagħti l-indipendenza vera lill-poplu Malti – Simon Busuttil

L-għan ewlieni tal-Partit Nazzjonalista hu li jagħti indipendenza vera lill-poplu Malti billi jagħti r-riedni tal-poter f’idejn il-poplu … jew aħjar ‘power to the people’.

Dan kien il-messaġġ ewlieni tad-diskors tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil waqt Riċeviment li sar ilbieraħ filgħaxija f’Tas-Sliema fl-okkażjoni ta’ Jum l-Indipendenza.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista semma’ numru ta’ skandli u kontroversji li dan il-Gvern daħħal lil Malta fihom, filwaqt li wiegħed li Gvern Nazzjonalista ġdid ikun trasparenti u fuq kollox, jiġġieled il-korruzzjoni.

Għar-Riċeviment, fi Ġnien l-Indipendenza, kien hemm preżenti wkoll l-ogħla Uffiċjali tal-Partit.

Simon Busuttil irringrazzja lil dawk kollha li kieu nvoluti fl-organizazzjoni tal-Festi tal-Indipendenza, li għal sena oħra kienu suċċess.