Kmieni dalgħodu tilef ħajtu ħaddiem li għeleb bi trakk fiz-zona tal-Port Ħieles. L-inċident li fih tilef ħajtu Hubert Muscat seħħ fejn hemm il-Medserv.
Stqarrija tal-Pulizija kkonfermat li r-raġel huwa miż-Żejtun.
Dan is-sit jista’ jikkonferma li għall-ħabta tal-10:30am mobile crane għeleb fil-baħar, bis-sewwieq jittieħed malajr l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Il-missier ta’ 43 sena ġie ċċertifikat mejjet ftit wara.
Informazzjoni ġdida li waslitilna tindika li ż-Żejtuni qabeż mit-trakk waqt li dan għeleb fil-baħar, u spiċċa intilef minn sensih wara li ħabat rasu. Għal din ir-raġuni, ir-raġel bela’ ħafna ilma.
Ritratt: juri z-zona tal-inċident
//= $special ?>