Il-leġġenda ta’ Milan, l-eks difensur Paolo Maldini, impressjona lil ħafna bl-umiltà u d-disponibbiltà tiegħu hekk kif jinsab f’Malta u llejla qed isegwi l-logħba bejn Ħamrun Spartans u Tarxien Rainbows.
Dan wara li ftit jiem ilu, ibnu Cristian ingħaqad ma’ Ħamrun Spartans. Fil-fatt Paolo mistenni jsegwi l-logħba ta’ għada bejn l-istess Ħamrun u Tarxien Rainbows li tintlagħab fil-Hibernians Stadium.
Fi tmiem l-ewwel taqsima, Maldini qam minn postu, fil-VIP area, u qorob lejn il-gate li tifred l-istands biex numru ta’ partitarji jkunu jistgħu jieħdu ritratti miegħu.
Paolo Maldini, li lagħab ukoll għat-tim nazzjonali Taljan, jibqa’ mfakkar għal lista sħiħa ta’ unur f’wieħed mill-aqwa żminijiet tal-klabb Taljan.
Fost l-oħrajn hu rebaħ ħames edizzjonijiet taċ-Champions League/European Cup, minbarra 23 unur ieħor mal-istess Milan. Rebaħ ukoll sensiela twila ta’ unuri personali u waqqaf ħafna rekords kalċistiċi.
//= $special ?>