Lokali

Tifel ta’ sitt snin f’qagħda kritika wara li ttajjar minn vettura

Ritratt: Arkivji

Tifel ta’ sitt snin jinsab fil-periklu tal-mewt wara li dalgħodu ttajjar fiż-Żejtun.

Kien għall-ħabta tal-għaxra u kwart, li l-Pulizija ġew infurmati li kien għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku fi Triq Santa Katarina, iż-Żejtun.

Il-Pulizija mid-Distrett marru mmedjatament fuq il-post fejn minn investigazzjonijiet preliminari rriżulta li tifel ta’ sitt snin kien intlaqat minn vettura tat-tip Mercedes Benz, misjuqa minn mara ta’ 28 sena residenti ż-Żejtun stess.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku li ħa lit-tifel l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li jinsab f’qagħda kritika.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija mill-Għassa taż-Żejtun dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin.