Il-fundatur ta’ Facebook, Mark Zuckerberg u martu, Priscilla Chan, impenjaw fondi ekwivalenti għal tliet biljun dollaru biex jiffinanzjaw ir-riċerka medika għall-għaxar snin li jmiss.
Meta Zuckerberg u Chan indirizzaw konferenza tal-aħbarijiet f’San Francisco, huma qalu li l-impenn ewlieni tagħhom kien ‘li jgħinu għall-kura, il-kontroll jew il-prevenzjoni tal-mard kollu sal-aħħar ta’ dan is-seklu’.
Il-fondi inkwistjoni se jitqassmu mill-istituzzjoni Chan Zuckerberg Initiative li Mark Zuckerberg u Priscilla Chan kienu waqqfu f’Diċembru li għadda. Zuckerberg qal li llum qed jintefqu daqs 50 darba aktar flus fuq it-trattament tal-morda milli fuq il-qerda u kontroll tal-mard li jnaqqsu l-inċidenza tagħhom, b’riżq il-bniedem.
Zuckerberg u martu impenjati għall-kontroll u qerda tal-mard sal-2100
