Lokali

Aġġornata: Sewwieq Ġermaniż ta’ mutur l-Isptar wara inċident f’Pembroke

Ġermaniż ta’ 59 sena residenti Ħal Balzan weġġa’ wara li kien involut f’inċident ieħor li seħħ kmieni waranofsinhar f’Pembroke.

L-inċident seħħ għall-ħaba ta’ 12.10pm fi Triq Sant’Andrija u fih kienu nvoluti l-mutur tat-tip BMW u karozza tat-tip Peugeot, li kienu sejrin fl-istess direzzjoni. Jirriżulta li kawża tal-impatt mal-karozza, il-mutur tal-Ġermaniż inqaleb u skidja għal numru ta’ metri.

Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei, li taw l-ewwel għajnuna lir-raġel. Hu ttieħed l-Isptar għal aktar kura, bil-kundizzjoni ta’ saħħtu s’issa għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.