Lokali

Aġġornata: Sewwieq ieħor ta’ mutur iweġġa’ fi Triq Ħal Far – jintlaqat minn knatan li waqgħu minn fuq trakk

Sewwieq ta’ mutur weġġa’ wara li ntlaqat minn knatan li waqgħu minn fuq trakk, li nfetħitlu l-bieba.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm fi Triq Ħal Far meta t-trakk, li kien ħiereġ minn Birżebbuġa nfetħitlu l-bieba ta’ wara, fejn kellu ammont sostanzjali ta’ knatan.

Kawża ta’ dan, sid il-mutur, li kien sejjer fid-direzzjoni lejn Birżebbuġa, tilef il-kontroll wara li ħabat mal-knatan li waqgħu.

Is-sewwieq ittieħed l-Isptar għall-kura permezz ta’ Ambulanza. Madankollu, il-kundizzjoni ta’ saħħtu s’issa għadha mhux magħrufa.

Fl-inċident kien involut ukoll vann tat-tip Citroen, li spiċċa għadda minn fuq il-knatan u b’hekk saritlu wkoll ħsara konsiderevoli.

Fortunatament, is-sewwieq tal-vann ma ġarrab l-ebda feriti, bit-triq kellha tingħalaq għat-traffiku.

Fl-istess triq, ilbieraħ seħħ inċident ieħor tat-traffiku li fih kien involut ukoll mutur, bis-sewwieq f’dan il-każ s’issa għadu fil-periklu li jitlef ħajtu.

Aktar dettalji kif jaslulna …

WhatsApp Image 2016-09-23 at 1.59.46 PM

WhatsApp Image 2016-09-23 at 2.02.19 PM

14424112_10207678057011260_1615902278_o