Internazzjonali

Aktar minn 150 titjira tħassru minħabba l-istrajk tal-Alitalia

Aktar minn 150 titjira kellhom jitħassru fl-ajruport ta’ Fiumicino fil-kapitali Ruma wara li nhar il-Ħamis ħaddiema tal-Alitalia ħarġu fuq strajk.
L-istrajk issejjaħ minn unions tal-bdoti u flight attendants bi protesta għaż-żieda ta’ sigħat li se jkollhom jaħdmu
Cramer Ball, il-Kap Eżekuttiv Ewlieni tal-Alitalia, qal li pass bħal dan mill-ħaddiema tal-kumpanija kien ġenn meta l-Alitalia qed titlef 500,000 ewro kuljum. Azzjoni li qal kien se jkollha impatt negattiv ħafna fuq il-kumpanija.
F’Lulju kien hemm strajk ieħor tal-Alitalia minħabba tilwim dwar il-kuntratt tax-xogħol.
L-istrajk tal-Ħamis oriġinarjament kellu jsir fis-6 ta’ Settembru imma kien pospost minħabba t-terremot li kien hemm fiċ-ċentru tal-Italja.