Brian Xuereb, li ftit tal-jiem ilu kien involut f’inċident bin-nar, ingħata l-awtorizzazjoni mit-tobba biex imur lura d-dar u jkompli bil-mistrieħ tiegħu hemmhekk.
Ir-raġel ta’ 41 sena weġġa’ l-Erbgħa 7 ta’ Settembru f’nar li żviluppa meta kien qed jinqered materjal marbut mal-logħob tan-nar. Hu kien ittieħed l-isptar fejn inżamm taħt osservazzjoni.
Fuq Facebook, Brian irringrazzja lill-istaff mediku u lil kull min mar jarah jew żammu fit-talb tiegħu.
Brian Xuereb, li hu suldat fil-Forzi Armati ta’ Malta, rringrazzja wkoll lill-ħbieb tiegħu fl-armata.
Meta weġġa’, kien qed jinqered materjal marbut mal-logħob tan-nar li nħaraq fil-festa ta’ Ħal Għaxaq. Dakinhar tal-inċident, kemm l-Għaqda Mużikali San Ġużepp kif ukoll l-Għaqda Mużikali Santa Marija kienu awguraw lil Brian fejqan ta’ malajr.
//= $special ?>