Internazzjonali

Dubji dwar ‘nirien’ fuq l-ajruplan tal-Malaysian Airlines

epa05300690 (FILE) A handout file combo picture made available on 12 May 2016 shows an image dated 21 March 2016 (top-L) showing a part of a plane debris found in Mossel Bay, near Cape Town, South Africa; and two undated handout pictures made available by the Australian Transport Safety Bureau (ATSB) of the detail of a piece of metal found on a beach in Mozambique (top-R and bottom). Malaysian Transport Minister Liow Tiong Lai confirmed on 12 May 2016 that the debris found in South Africa and Mauritius 'almost certainly' belong to the Malaysia Airlines flight MH370 which disappeared on 08 March 2014 with 239 people on board. EPA/NEELS KRUGER // ATSB/BLAINE GIBSON HANDOUT EDITORIAL USE ONLY/NO SALES

L-Awtoritajiet Awstraljani qed jiddubitaw it-teorija li ‘seta qabad nar’ fuq l-ajruplan tal-Malaysian Airlines li kien għeb, f’Marzu tal-2014, waqt titjira minn Kuala Lumpur, fil-Malasja, lejn iċ-Ċina.
It-teorija kienet li n-nirien qabdu ‘qabel l-ajruplan – Titjira MH370 – sparixxa minn fuq l-iskrins tar-radar’. Dan meta, aktar kmieni dan ix-xahar, kienu rkuprati ħames ‘partijiet’ li dehru maħruqin minn zona fil-Madagascar.
Madankollu, l-awtoritajiet qed jgħidu li mhemmx il-provi, s’issa, li d-debris għandu x’jaqsam mal-ajruplan tal-Malaysian Airlines. Ingħad ukoll li numru ta’ marki suwed fuq il-partijiet skrutinizzati kienu dovuti ‘għal reżina u mhux nirien’.
It-Titjira MH370 kellha 239 persuna abbord meta sparixxiet f’nofs il-vjaġġ, fl-2014. Intant, l-awtoritajiet jaħsbu li l-ajruplan Malasjan, li kien qed jivvjaġġa lejn Beijing, iġġarraf direttament f’zona lejn in-nofsinhar tal-Oċean Indjan wara li tilef il-kontroll.
Il-ħames partijiet li kienu rkuprati qrib Sainte Luce, fl-inħawi ta’ Madagascar lejn il-Grigal, instabu minn Blaine Gibson, li qed jiddedika ħafna ħin għat-tfittxija u li, qabel, kien sab partijiet oħra tal-ajruplan. Almenu żewġ partijiet indikaw ‘sinjali ta’ ħruq’ li fi kliem l-esperti jistgħu – jekk kemm-il darba jkunu kkonfermati — jipprovdu aktar tagħrif dwar x’seħħ ‘tassew’ waqt Titjira MH370.
Madankollu, il-Ministru Awstraljan għat-Trasport, Darren Chester, qal, ilbieraħ, li investigazzjoni inizjali qed turi li ‘kuntrarju għall-ispekulazzjoni, ma jeżistu l-ebda provi li l-partijiet inkwistjoni kienu esposti għas-sħana jew xi inċidenza ta’ nirien’.
L-Awstralja qed tmexxi t-tfittxija għall-ajruplan Malasjan nieqes, fejn qed tuża d-drones għal taħt l-oċean flimkien ma’ tagħmir tat-tip sonar li jitħaddem minn bastimenti speċjalizzati.
It-tfittxija intensiva fis-search zone indikat tal-Oċean Indjan qed tinvolvi wkoll lill-Malasja u ċ-Ċina, iżda l-pajjiżi qablu li, fl-assenza ta’ ‘informazzjoni kredibbli ġdida’, l-impenn li ilu għal dawn ix-xhur kollha mistenni jikkonkludi qabel tmiem is-sena.