Internazzjonali

Il-Yahoo fil-mira ta’ hackers

Il-kumpanija Amerikana Yahoo żvelat li fl-2014 kienet sfat mira ta’ attakk minn hackers appoġġjati minn Gvern ta’ pajjiż ieħor, attakk li fih insterqu d-dettalji personali ta’ aktar minn 500,000 klijent u li jidher li hu l-akbar każ tax-xorta tiegħu li qatt kien żvelat pubblikament fl-istorja .
Il-FBI kkonfermat li kienet qed tinvestiga l-każ. Il-Yahoo qalet li filwaqt li dak li ttieħed kien jinkludi ismijiet u passwords, ma ttieħdet ebda informazzjoni dwar credit cards.