Impenn ikbar lejn ikel iktar sustanzjuż u b’inqas melħ; il-Maypole jintroduċu fis-suq ħobż tal-Malti b’inqas melħ.
Din il-ħobża, li se tkun qed tinbiegħ mal-ħobż normali li tipproduċi l-kumpanija Maypole, kienet introdotta fis-suq fil-preżenza tal-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne li tkellem dwar l-importanza li l-poplu Malti jiekol ikel b’inqas melħ biex ma jikkaġunax ħsara għal saħħtu.
Jirriżulta li 22 fil-mija tal-popolazzjoni Maltija tbati minn pressjoni għolja; kundizzjoni li l-melħ, l-alkoħol u t-tipjip huma fatturi li jikkontribwixxu għaliha. Sadattant żewġ terz tal-anzjani fuq is-70 sena jbatu minn perssjoni għolja.
Hi propju l-ħobża Maltija waħda mill-fatturi li qed tikkaġuna pressjoni għolja fil-popolazzjoni Maltija għaliex din tifforma parti integrali mill-ikel Malti. Kien għalhekk li, f’dan il-prodott ġdid, il-Maypole nqqas il-melħ fil-ħobża Maltija b’35 fil-mija bei xikun qed joffri prodott aqwa lill-konusmatur.
Minkejja li kien hemm tnaqqis fil-melħ, il-ħobża l-ġdida tal-Maypole baqgħet iżżomm l-istess togħma tal-ħobża normali. Il-Ministru Fearne qal li l-kura ta’ mard kaġunat minn pressjoni għolja qed tiswa lill-pajjiż E11-il miljun fis-sena; bil-mira tal-gvern tkun li din l-ispiża tonqos billi fis-suq ikunu inrodotti prodotti li ma jikkontrbwixxu għal żieda fil-mard fost il-poplu.
//= $special ?>