Il-Prim Ministru ta’ Iżrael, Benjamin Netanyahu, stieden lill-mexxej Palestinjan, Mahmoud Abbas, biex jindirizza l-Parlament Iżraeljan. Netanyahu, fl-istess ħin, tenna li ‘jaċċetta bil-qalb’ kwalunkwe stedina biex hu’, ’il quddiem, jirreċiproka u jkellem lill-Parlament tal-Palestinjani.
Benjamin Netanyahu għamel l-istedina waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, fejn ħeġġeġ biex Mahmoud Abbas jaħdem favur il-paċi ‘minflok ixerred il-mibegħda’. Aktar qabel, Abbas kien sejjaħ biex in-Nazzjonijiet Uniti tiddikjara l-2017 bħala s-sena meta ntemmet ‘l-okkupazzjoni ta’ Iżrael’.
Abbas ħeġġeġ biex in-NU ‘tenfasizza l-istatus legali u l-politiku tal-Palestinjani’ waqt li l-Palestina tippersisti lejn ‘sħubija sħiħa fl-organizzazzjonijiet internazzjonali’.
Mahmoud Abbas misteden biex jindirizza l-Parlament Iżraeljan
