Internazzjonali

Aġġornata: Il-mejtin fl-isparatura ta’ Washington jitilqgħu għal ħamsa

L-aħħar rapporti mill-Istat ta’ Washington, fl-Istati Uniti, qalu li l-mejtin mill-isparatura  li saret dalgħodu fiċ-ċentru kummerċjali ta’ Burlington issa telgħu għal ħamsa u li huma kkonfermati bħala erba’ nisa u raġel.

Għalkemm għall-bidu kien hemm suspett li l-isparatura setgħet saret minn iktar minn persuna waħda, issa kollox jindika li l-isparatura saret minn raġel li rnexxielu jaħrab qabel ma waslu l-pulizija fuq il-post. Il-Pulizija issa ħarġet ritratt tal-persuna li wettqet dan l-attakk u qed tiċċirkulah ma kullimkien.

Kelliem għall-Pulizija qal li timijiet mediċi marru immedjatament fuq il-post u li l-persuni li kien hemm fiċ-ċentru tax-xiri bdew jiġu evakwati għal knisja fil-viċin.

Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonjiet tagħha.