Il-kelliem tal-Oppożizzjoni għad-Djalogu Soċjali, l-Affarijiet tal-Konsumatur u l-Libertajiet Ċivili Clyde Puli sostna li l-għaqdiet volontarji għandhom jitmexxew fuq prinċipji ta’ governanza tajba.
Clyde Puli kien qed jitkellem f’ konferenza nazzjonali dwar it-tisħiħ tal-volontarjat f’dimensjoni lokali u Ewropea; konferenza organizzata mill-Kunsill Malti għall-Volontarjat.
Clyde Puli tkellem dwar il-valur tal-volontarjat kemm fil-komunità kif ukoll mill-aspett individwali. Hu tratta l-Liġi tal-Volontarjat u enfażizza l-importanza tal-aġġornamenti biex din tkun tirrifletti l-mod kif qed tiżviluppa s-soċjetà.
Il-kelliem tal-PN tratta l-governanza u qal li din għandha tkun implimenata wkoll fit-mexxija tal-għaqdiet volontarji. Clyde Puli saħaq li jeħtieġ li jkun hemm il-fiduċja neċessarja fil-governanza biex b’hekk titkattar il-fiduċja meħtieġa fl-iggvernar tal-għaqdiet volontarji. Dan għaliex din iġġib libertà ta’ azzjoni mill-għaqdiet volontarji.
Clyde Puli tkellem dwar it-tmexxija tal-għaqdiet volontajri fl-aspett tad-demokrazija u qal li t-tmexixja tal-għaqdiet volontarji hu element essenzjali fil-proċess ta’ demokrazija effettiva.
Il-konferenza kienet indirizzata wkoll mill-Kummissarju tal-Organizzazzjonijiet Volontarji Kenneth Wain u diversi kollha oħra li ddiskutew il-mod kif qed jiżvilupp dan is-settur f’Malta f’kuntest lokali u Ewropew.
//= $special ?>