Internazzjonali

Tensjoni bejn il-Ġappun u ċ-Ċina

Il-Gvern Ġappuniż qal li numru ta’ fighter-jets Ġappuniżi ntbagħtu mill-bażi tagħhom b’reazzjoni għal sitwazzjoni fejn tal-anqas tmien ajruplani militari taċ-Ċina għaddew qrib xi gżejjer Ġappuniżi.
L-ajruplani taċ-Ċina kienu jinvolvu, fost oħrajn, diversi bombers, ajruplani għal sorveljanza u tal-anqas fighter jet wieħed. Intant, huma għaddew minn fuq il-Fliegu ta’ Miyako, li tinsab bejn il-gżejjer ta’ Okinawa u Miyakojima, u li hi qrib it-Tajwan.
Iċ-Ċina, sadattant, sostniet li madwar 40 ajruplani tagħha ħadu sehem f’hekk imsejjaħ ‘eżerċizzju ta’ rutina’. Filwaqt li l-ajruplani ma daħlux fl-ispazju tal-ajru speċifiku tal-Ġappun, it-titjira qed titqies bħala ‘wirja ta’ saħħa militari’ min-naħa taċ-Ċina.