Lokali

FILMAT: Isuq triq sħiħa wrong-way!

Filmat illi tpoġġa fuq YouTube ilbieraħ juri każ ieħor ċar ta’ sewqan perikoluż fit-toroq Maltin.

Il-video li ittella’ fl-account ta’ Maltese Biker juri karozza issuq b’veloċita’ qawwija fuq in-naħa l-ħażina ta’ Triq il-Kosta.

Is-sewwieq tal-mutur jinstema’ fil-video imbellaħ b’dak li ra jseħħ quddiem għajnejh.