Sport

L-iskuża ta’ Sam Allardyce: “Għamilt żball ta’ ġudizzju”

Għall-eks manager tat-tim nazzjonali Ingliż, il-fatt illi inqabad jinnegozja ftehim ta’ 400,000 Sterlina kien “żball ta’ ġudizzju”.

Fl-ewwel kummenti minn mindu irriżenja mill-kariga, Allardyce stqarr illi hu kien vittma ingann u spiċċa maqbud mill-ġurnalisti li kienu qed jiffilmjawh.

Sam Allardyce ma eskludiex li fil-futur jirritorna fil-futbol.

Għalissa, Allardyce se jqatta’ ftit jiem ta’ vaganzi barra r-Renju Unit.