Għal dawk li kienu ħasbu li l-festi walsu fi tmiemhom… mhux eżatt għaliex fil-Gudja fi tmiem il-Ġimgħa u anke fl-aħħar tmiem il-Ġimgħa ta’ Ottubru hemm żewġ festi oħrajn.
F’dan tmiem il-ġimgħa hemm il-Festa tal-Madonna tar-Rużarju u għalhekk bħal kull festa oħra qed jitħejja spettaklu pirotekniku.
Hemm programm kemm ta’ nar tal-art kif ukoll nar tal-ajru… imma l-istennija din is-sena hi għal ksur ta’ rekord partikolari l-ikbar dragster li jaħdem bin-nar.
Saqsejna wkoll jispjega kemm il-element ta’ nar se jkun qed jintuża f’dan id-dragster partikolari.
Il-festi fi tmiem il-ġimgħa fil-Gudja jilħqu l-qofol tagħhom bil-purċissjoni tal-Madonna tar-Rużarju.
//= $special ?>