Il-MPE Roberta Metsola iltaqgħet mal-istudenti Għawdxin u ħeġġithom biex jinvolvu ruħhom fid-dibattitu u jingħaqdu flimkien biex jgħinu lil Għawdex jimxi ‘l quddiem.
Roberta Metsola qalet li waqt żjarat li tagħmel b’mod regolari fil-gżira ta’ Għawdex fehmet li kulħadd huwa tal-fehma li Għawdex jinħtieġ li ż-żgħażagħ jingħaqdu flimkien f’dan id-dibattitu u fid-deċiżjonijiet li jistgħu jolqtu l-futur tagħhom.
Roberta Metsola saħqet li l-Ewropa tinħtieġ iktar vuċijiet taż-żgħażagħ u hija l-għaqda bejn il-pajjiżi li tagħmel il-proġett tal-Unjoni Ewropa wieħed b’saħħtu.
Roberta Metsola kienet qed titkellem waqt attività organizzata mill-Iskola Sekondarja tas-Subien fii ħdan il-Kulleġġ ta’ Għawdex . Matul l-attività saret diskussjoni dwar il-ktieb ‘Dear Europe’ li jinkludi ġabra ta’ ittri minn studenti Ewropej dwar dak li jixtiequ mill-UE.
L-attività kienet indirizzata wkoll minn Victor Galea, il-Prinċipal tal-Kulleġġ ta’ Għawdex, Dr. Francis Abela, il-Kap tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ, Francesco Vivacqua il-President tal-proġett ‘Dear Europe’ u Dr Peter Agius, il-Kap tal-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta. Sar indirizz ukoll minn Raul u Tony, żewġ studenti li l-ittri tagħhom kienu ppubblikati fil-ktieb.
//= $special ?>