L-MHRA, l-Assoċjazzjoni tal-lukandiera u ristoranti dalghodu pprezentaw il-proposti taghhom ghall-bagit 2017 lil Prim Ministru Joseph Muscat.
Fil-laqgha kien diskuss il-futur tal-haddiema tal-Airmalta li jibqa’ wiehed incert hekk kif il-Gvern ghadu qed jesplora l-possibiltajiet kollha possibbli dwar il-linja nazzjonali tal-ajru. Dan hekk kif ghadu ma ntlahaq l-ebda qbil bejn il-Gvern u l-Alitalia.
Dwar l-Airmalta l-MHRA qalet li tinsab inkwetata dwar il-futur tal-kumpanija filwaqt li sostniet li m’hemm hadd li ghandu l-interess tal-Airmalta ghal qalbu daqs dak tal-Maltin. Il-President tal-MHRA Tony Zahra rega’ tenna l-possibilita’ li biex tkun salvata l-Airmalta ikun hemm investiment lokali minflok dak barrani.
Il-proposti li ghamlet l-MHRA huma bbażati fuq il-prodott turistiku, l-akkomodazzjoni u l-konnettivita’ ta’ pajjizna li hi element essenzjali ghall-industrija tat-turizmu ta’ pajjiżna.
Il-President tal-MHRA, Tony Zahra sostna li l-iskop tal-proposti hu li l-gid minbarra li jkompli jinholoq jinqasam b’mod gust.
//= $special ?>