Il-vettura spazjali ‘Rosetta’, tal-European Space Agency, ikkonkludiet il-missjoni storika mal-Kometa 67P b’crash-landing fuq il-wiċċ kollu silġ tal-kometa.
L-awtoritajiet f’Darmstadt fil-Ġermanja li kienu qed jikkontrollaw il-missjoni konfermaw ‘l-impatt mal-kometa’ wara li ntilef l-kuntatt.
Huma qegħdin jikkalkulaw li l-inġenju ġarrab il-ħsarat sostanzjali mad-daqqa, sal-punt fejn ma jistax jintuża aktar. Intant, fis-sigħat qabel l-inċident, ‘Rosetta’ kien laħaq bagħat sensiela ta’ ritratti u dettalji oħrajn sinifikanti tal-kometa.
Patrick Martin, bħala l-mission manager tal-European Space Agency, ħabbar ‘is-suċċess sħiħ tal-inżul storiku ta’ ‘Rosetta’ lejn Kometa 67P’. Hu qal li l-missjoni rnexxiet u li ‘f’dan il-każ id-dinja setgħet tara mument mill-aqwa tax-xjenza spazjali’.
Rosetta kompliet tibgħat informazzjoni dwar il-kometa minn distanza ta’ 720 miljun kilometru bogħod mid-dinja sal–aħħar sekondi. Informazzjoni li damet 40 sekonda biex tasal tul dik id-distanza kollha.
Fir-ritratt jidher l-aħħar stampa li ntbagħtet mill-vettura spazjali qabel l-impatt.
//= $special ?>