Gvern ġdid Nazzjonalista jwiegħed level playing field fost l-iżviluppaturi kuntrarju għal Joseph Muscat li jippreferi ftit żviluppatturi minn oħrajn. Hekk saħaq il-kelliem tal-PN għall-Ambjent u l-Artijiet Ryan Callus meta kien qed jindirizza l-attività politika tal-PN fin-Nadur Għawdex.
Din kienet waħda mill-punti li kienu diskussi waqt laqgħa li l-Oppożizzjoni kellha mal-iżviluppaturi.
Ryan Callus fakkar li l-Gvern ta’ Joseph Muscat għal iktar minn darba għażel li jwarrab investiment Malti għax ipprefera investitur barrani bħal ma ġara fil-każ tal-AirMalta, is-suppost Università Amerikana u l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet.
Ryan Callus tkellem fid-dettall dwar il-proposti li l-Oppożizzjoni ressqet fil-laqgħa tagħha mal-iżviluppaturi.
Fost dawn it-tnaqqis fir-rata tal-Capital Gains Tax, inċentivi fiskali lis-settur tal-kostruzzjoni biex itejbu l-operat tagħhom u t-tfassil u t-twettiq ta’pjan nazzjonali għall-infrastruttura li jista’ jiffaċilita t-trasport bejn iż-żewġ gżejjer.
//= $special ?>