Lokali

Ħaddiema tal-Gozo Channel irrabjati għax il-makkinarju tal-biljetti ma jaħdimx

Numru ta’ ħaddiema tal-Gozo Channel esprimew ir-rabja tagħhom ma’ dan is-sit għall-fatt li l-makkinarju li jirreġistra l-biljetti, ħafna drabi ma jaħdimx. Konsegwenza ta’ dan, il-ħaddiema jkollhom jerġgħu jitolbu l-biljetti mingħand il-passiġġieri biex jgħadduhom minn magni oħrajn.

Dawk li tkellmu magħna qalulna li dawn il-problemi ilhom madwar tliet xhur, iżda minkejja li l-ħaddiema jirrapurtaw din il-problema, qatt ma ġiet solvuta.

Mhux magħruf xi jwassal għal din il-ħsara, u dan peress li l-makkinarju hu mqabbad ma’ antenna li tinsab fil-viċinanzi.