Lokali

Id-distakk ta’ 36,000 bejn il-PN u l-PL spiċċa għal kollox

Simon Busuttil aktar popolari fost il-Partit Nazzjonalista milli Joseph Muscat fost il-Partit Laburista
Kważi 10% tal-votanti Laburisti jipreferu lil Simon Busuttil minn Joseph Muscat.

Dan ħareġ minn stħarriġ tal-opinjoni pubblika li għamlet il-gazzetta Malta Today.

Il-Partit Nazzjonalista qed jakkwista b’mod konsistenti l-voti ta’ dawk li vvutaw PN fl-2008 u PL fl-2013.

Fil-fatt, fost dawn in-nies, filwaqt li fl-aħħar stħarriġ, Muscat kellu l-maġġoranza, llum, Simon Busuttil qiegħed minn fuq u għandu aktar fiduċja minn Joseph Muscat. Fil-fatt, fost dan is-settur tant kruċjali fl-elezzjoni, Simon Busuttil għandu vantaġġ ta’ 7% fuq Joseph Muscat.

Id-distakk ta’ 36,000 spiċċa għal kollox: stħarriġ wara l-ieħor jikkonferma li d-distakk bejn il-partiti hu within the margin of error – jiġifieri l-elezzjoni tista’ tmur fuq kull naħa.