Fi dritt għar-risposta, l-MUMN stqarret li “ma tista’ qatt taċċetta l-kummenti li ntqalu mis-Segretarju Ġenerali tal-UĦM nhar il-Hamis 29 ta’ Ottubru 2016 dwar l-għoti tar-recogntion kif ukoll l-iffirmar tal-PPP.
L-MUMN ġiet mogħtija s-sole recognition tal-fiżjoterapisti wara li sar eżerċizzju serju minn bord apposta fl-uffiċju tad-Direttur tax-Xogħol wara li l-MUMN esebiet il-membership forms kollha tal-membri tagħha nvoluti f’dan l-eżerċizzju u ġie kkalkulat il-persentaġġ tal-fiżjoterapisti. Hawn irriżulta li l-MUMN għanda 64% tas-sħubija ta’ dawn il-professjonisti. Għal din ir-raġuni l-MUMN inagħtat is-sole recognition ta’ dawn il-professjonisti.
F’pajjiżna l-ħaddiem għandu dritt tar-right of association u l-MUMN tispera li l-ebda union ma tipprova xxellef dan id-dritt jew tipprova timminah f’xi forma jew oħra. Kull union f’pajjiżna, minn żmien għall-ieħor, tapplika mad-Direttur tax-Xogħol sabiex tiġi rikonoxxuta biex tirrappreżenta settur jew klassi ta’ ħaddiema u għalhekk l-MUMN ma tistax tifhem ir-raġuni wara din ir-reazzjoni tal-UĦM.
Dwar l-iffirmar tal-PPP, l-MUMN kellha u għandha biss żewġ għanijiet – dak li l-poplu Malti jibda jgawdi minn sptarijiet u sistemi tas-saħħa aħjar milli għandu llum u li l-membri ta’ l-MUMN, filwaqt li jżommu dak kollu li għandhom illum, huma wkoll igawdu minn ambjent ta’ xogħol aħjar filwaqt li jibqgħu impjegati tal-Gvern.
L-MUMN iffirmat għal dan kollu u l-membri tagħha għandhom moħħhom mistrieħ li l-union tagħhom qed tħares l-interessi tagħhom u tagħhom biss u m’għandha l-ebda skopijiet u interessi ulterjuri.
Kienu l-istess membri tal-MUMN li ħeġġew lil din il-union biex mill-paroli ngħaddu għall-fatti u dak li ġie verbalment mogħti lilhom issa jsir iswed fuq l-abjad. Il-maġġoranza tal-ħaddiema ma jinteressahomx mill-battibekki politiċi iżda li jkollhom l-għajxien tagħhom maħbuż. U dan huwa propju dak li għamlet l-MUMN.
L-MUMN m’għandha bżonn l-ebda pjaċir mill-ebda Gvern, kemm dak ta’ llum kif ukoll dak li kien hemm qabel għaliex l-MUMN hija union b’saħħitha u ma tiddependi minn ħadd ħlief mill-membri tagħha.”
//= $special ?>