Il-poplu tal-Ungerija qed jivvota f’referendum dwar jekk jaċċettax il-kwoti imposti mill-Unjoni Ewropea għar-rilokazzjoni tal-immigranti fl-Ewropa. L-aħħar stħarriġ ta’ opinjoni jissuġġerixxi li l-maġġoranza tal-Ungeriżi għandhom jiċħdu għall-kwoti meta jridu jivvutaw aktar minn 50 fil-mija tal-elettorat biex ir-referendum ikun validu.
Il-Prim Ministru Ungeriż, Viktor Orban, qed jopponi l-pjani tal-Unjoni Ewropea biex total ta’ 160,000 immigrant ikunu rilokati madwar il-pajjiżi tal-Ewropa.
Dan meta skont l-iskema li tħabbret wara l-kriżi tal-immigranti tas-sena l-oħra, l-Ungerija għandha tilqa’ ftit aktar minn 1,200 refuġjat li qed ifittxu kenn politiku.
Fl-eqqel tal-kriżi tal-immigranti, l-Ungerija spiċċat bħala pajjiż ta’ tranżizzjoni fuq ir-rotta tal-Punent tal-Balkani li jwassal lejn il-Ġermanja u destinazzjonijiet oħrajn fl-Unjoni Ewropea. L-awtoritajiet Ungeriżi, imbagħad, iddeċidew li jagħlqu l-fruntieri tal-Ungerija mas-Serbja u l-Kroazja, f’pass li ntlaqa’ tajjeb mill-poplu Ungeriż iżda kien suġġett għal mewġa ta’ kritika mingħand il-gruppi favur id-drittijiet umani.
//= $special ?>