Neville Gafa, il-persuna fiċ-ċentru tal-iskandlu tal-visi mediċi dalgħodu attenda u kien fil-ġemgħa ta’ nies li attendiet għall-attività politika ndirizzata mill-Prim Ministru Joseph Muscat.
Neville Gafa li fuqu qed ikunu allegati ħafna affarijiet fosthom li żamm flus ta’Libjani biex tinħarġilhom il-visa medika kien milqugħ ukoll mill-partitarji Laburisti. Fuq Facebook waqt l-attivita politika Neville Gafa, li jiddesdkrivi lilu nnifsu bħala ħabib tal-Prim Ministru qagħad jikteb kwotazzjonijiet ta’ dak li beda jgħid Muscat waqt li kien qed jindirizza l-miġemgħa laburista.
Wara jidher li Gafa kompla wkoll mal-partitarji laburisti fil-bar tal-każin laburista.
//= $special ?>