Lokali

“Possibbiltà li Kasco tirċievi l-commissions” – Godfrey Leone Ganado

Hemm possibbilta’ li l-kumpanija Kasco, li fiha għandu sehem Keith Schembri, tirċievi l-commissions mingħand ‘Komori’ f’kontijiet jew kumpaniji f’ġurisdizzjonijiet sigrieti bħall-Panama.

Il-kumpanija Kasco hija l-aġent ta’ Komori f’Malta, li se tkun qed tbiegħ il-makkinarju lil Crane Currency. Tkellima ma’ Godfrey Leone-Ganado, professjonist li kien jaħdem bhala awditur.