Id-diskussjoni fin-Nadur kienet indirizzata wkoll mill-kandidat Albert Buttigieg li ffoka d-diskors tiegħu fuq il-proposti konkreti tal-Oppożizzjoni. Dawn il-miżuri, sostna Albert Buttigieg, se jagħtu serħan il-moħħ u dinjità lill-anzjani Maltin u Għawdxin.
Albert Buttigieg irrefera għall-proposta li gvern ġdid Nazzjonalista jgħolli l-pensjoni u jneħħi t-taxxa tad-dħul minn fuq il-pensjoni kif ukoll l-impenn li l-anzjani jibdew jieħdu l-mediċina tagħhom b’xejn.
Albert Buttigieg sostna li dawn il-proposti huma xhieda li l-PN irid iwettaq politika li minnha jgawdu l-ħafna u mhux il-ftit, politika li flok tintuża biex wieħed jisserva biha, tintuża biex tħalli differenza.
//= $special ?>