Lokali

Raġel mill-Gambja arrestat wara li wasal minn Sqallija bil-kannabis

Uffiċjali tad-dwana għamlu qabda ta’ resina tal-kannabis, u li wasslet għall-arrest ta’ raġel mill-Gambja.

Il-każ seħħ is-Sibt meta r-raġel kien għadu kif jasal minn Sqallija abbord il-katamaran. Uffiċjali tad-dwana għamlu tfittxija fuqu u sabulu d-droga, li skont hu kienet biss sapuna.

Fid-dawl ta’ dan saru testijiet li kkonfermaw li kienet droga, u kien hawn li ġew infurmati l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga.