Raġel kien evakwat minn fuq bastiment privat wara ġrieħi li ġarrab f’inċident abbord.
Fi stqarrija, il-Forzi Armati ta’ Malta qalu li l-baħħar hu ta’ nazzjonalità Filippina u ttieħed Xatt it-Tiben, fejn minn hemmek ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.
Fl-evakwazzjoni kienet użata d-dgħajsa Melita SAR tal-Forzi Armati. Ma ngħataw l-ebda dettalji dwar x’ġrieħi ġarrab il-bastiment u x’wassal għall-inċident.
//= $special ?>