Lokali

Filmat: Joseph Muscat qal li ma jafx meta bdew id-diskussjonijiet ma’ Crane Currency

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal li ma jafx meta bdew id-diskussjonijiet ma’ Crane Currency biex din tigi tistampa l-flus f’Malta – minkejja l-kunflitt ta’ interess car miċ-Chief of Staff tiegħu Keith Schembri.

Muscat kien qed jirrispondi mistoqsijiet ta’ NETnews meta qal li ma jafx meta saru d-diskussjonijiet.

Fl-aħħar jiem kien żvelat kunflitt ta’ interess miċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru, Keith Schembri. Dan peress li Keith Schembri għandu sehem fil-kumpanija Kasco, li f’Malta tirrappreżenta lill-Komori. Komori se tkun qed tissuplixxi l-magni kollha li Crane Currency se tiġi bżonn biex topera minn Malta.

Fl-aħħar jiem, kien Muscat stess li kkonferma li ċ-Chief of Staff tiegħu, Keith Schembri, kellu rwol kruċjai fin-negozjati li saru ma’ Crane Currency.

Iżda ħamest ijem wara li ammetta li fin-negozjati ma’ Crane Currency kien hemm l-involviment ta’ Keith Schembri, u wara li nkixfu aktar dettalji dwar il-kunflitt ta’ interess minn Keith Schembri, Muscat ibiddel il-verżjoni u jgħid li n-negozjati saru mill-Malta Enterprise, li taqa’ taħt id-Deputat Mexxej Laburista Chris Cardona.

Minkejja l-ammissjoni ta’ Muscat li Keith Schembri kellu rwol fin-negozjati ma’ Crane Currency, il-Prim Ministru kien irrifjuta li jammetti li hemm xi tip ta’ kunflitt ta’ interess.

Minkejja li Muscat qed jgħid li m’hemmx kunflitt ta’ interess, kollox jindika li hemm possibbilta’ li l-kumpanija li fiha għandu sehem Keith Schembri, jiġieri Kasco, se tkun qed tieħu l-commissions mingħand Komori – talli din se tissuplixxi l-magni lil Crane Currency.

Muscat kien iddefenda lil Keith Schembri wkoll wara li dan inqabad li fetah kumpanija sigriet fil-Panama biex fiha jitfa’ s-senserija. Dan wassal lill-Partit Nazzjonalista biex jghid li Muscat qabez kull livell ta’ dicenza.