Internazzjonali

Hold-up fuq Kim Kardashian f’Pariġi

epa05567672 (FILE) A file photograph showing US musician Kanye West (L) and his wife Kim Kardashian (R) arriving for the Time 100 Gala at Frederick P. Rose Hall in New York, New York, USA, 21 April 2015. Reports on 03 October 2016 state that Kim Kardashian has been held at gunpoint and robbed of jewellery in her Paris hotel room. Her husband US musician Kanye West stopped his concert in New York on hearing the news. EPA/JUSTIN LANE

Kmieni dalgħodu Kim Kardashian kienet miżmuma minn persuni armati u serqulha diversi ġojjelli li jiswew diversi miljun ta’ dollari.

Persuni qrib Kardashian qalu li hin kellha xokk kbir imma ma’ sofriet l-ebda ġrieħi.

Il-Pulizija Franċiża qalet li ħames persuni serqu lil Kardashian għall-ħabta tat-3 ta’ filgħodu f’residenza lussuża li fiha kienet qed tgħix Kardashian b’rapporti jindikaw li l-istess ħallelin kienu lebsin ta’ Pulizija.