L-isem ta’ James Middlehurst żgur mhux xi isem familjari mad-dilettanti tal-isport lokali. Madankollu ser jissemma qabel il-bidu tal-partita Ingilterra v Malta meta fit-8 ta’ Ottubru tintlgħab il-partita mir-rawnd ta’ kwalifikazzjoni għal finali tat-Tazza tad-Dinja 2018. Huwa wieħed mill-mascots uffiċjali tal-partita kif magħżula mill-FA Ingliża.
James, tifel ta’ tmien snin ta’ dixxendenza Maltija u li n-nannu ta’ ommu Paula kien Joe Fenech li żżewweg fi żmien it-tieni gwerra dinjija u kien emigra lejn l-Ingilterra. James minkejja d-diżabilità tiegħu huwa ta’ ispriazzjoni għal bosta. Mhux biss għax iħobb il-futbol iżda għaliex jilgħab il-football u pjuttost prominenti bil-flokk numru 11 fit-tim ta’ Oxford City Amps.
L-imħabba ta’ James għal football wasslitu wkoll biex fl-2014 minkejja ta’ eta’ żgħira ħa sehem fl-Invictus Games fejn b’sorpriża fost dawk preżenti sab lil Prinċep Harry. Din is-sena bejn l-4 u 6 ta’ Marzu li għadda iddebutta mat-tim Ingliż ta’ taħt id-disa’ snin f’dak li huwa meqjuż bħala l-ewwel selezzjoni Inglża għal tfal b’riġel nieqsa.
Huwa ha sehem f’Dublin fil-1st. International Junion Amputee Tournament fejn apparti r-Renju Unit ħadu sehem ukoll Franza, Olanda u l-Italja. Dan it-Tournament kien organizzat mill-European Amputee Football Federation u l-UEFA bil-kollaborazzjoni tal-assocjazzzjoni tal-futbol Irlandiża.
It-tfajjel ta’ Marlow bħal dejjem imħeġġeġ mill-ġenituri tiegħu Simon u Paula huwa l-iżgħar fost erba’ aħwa fejn minħabba kundizzjoni mit-twelid kien meħtieġ li jitlef riġel minn meta kellu sena.
Ferm attiv fl-iskola fejn jattendi f’South Buckinghamshire fejn waħda mill-isbaħ esperjenzi għalih u għal ġenituri kienet il-laqgħa li kellu mal-prinċep Charles u d-dukessa Camilla waqt żjara fic-Chelsea Children’s Hospital fil-Punent ta’ Londra.
James ma baqax lura milli jistaqsi lil prinċep Charles ma’ liema tim iżomm u filwaqt li baqa’ bla risposta ma’ baqax lura milli jgħidlu li hu jissapportja lil Manchester United.
L-esperjenzi għal James ma jonqsux. Ġranet wara li ntemm il-Logħob Paralimpiku ta’ Rio kellu ċ-ċans li jiltaqa’ ma’ Dave Henson, captain ta’ TeamGB f’ Rio u rebbieħ tal-medalja tal-bronż f’T42 200 metru.
Ritratt: James mal-Prinċep Charles
Ritratt: Iċ-ċkejken mal-Prinċep Harry
//= $special ?>