L-Assemblea tan-Nobel fl-Istitut ta’ Karolinska fi Stokkolma (fl-Iżvezja) ħabbret l-ewwel rebbieħ ta’ Premju Nobel għal din is-sena — f’dan il-każ, il-bioloġista Ġappuniż, Yoshinori Ohsumi, li ġie rikonoxxut fil-qasam tal-mediċina/fiżjoloġija.
Ohsumi rebaħ in-Nobel tal-Mediċina 2016 għall-istudju tiegħu tal-autophagy – il-proċess li jippermetti biex iċ-ċelloli jirriċiklaw il-kontenut tagħhom stess.
Il-Professur Ohsuni, li hu riċerkatur mal-Istitut tat-Teknoloġija ta’ Tokjo, hu s-sitt rebbieħ ta’ Nobel mill-Ġappun li ngħata ġieħ fuq dan il-livell fil-qasam tal-mediċina.
L-ewwel kummenti ta’ Ohsuni, wara li rebaħ l-unur, kien li hu ‘jinsab sorpriż ħafna’ u li ‘kien fil-laboratorju meta sama’ l-aħbar għall-ewwel darba’.
Il-kelma autophagy – li oriġinat mill-Grieg u li tfisser ‘self-eating — hu l-proċess fejn iċ-ċelloli, effettivament, ‘jieklu l-kontenut tagħhom’ u jkissruhom f’partijiet ‘biex jintużaw għal modi differenti’. Il-Kumitat tan-Nobel qal li l-iskoperti tal-Professur Ohsumi ‘għenithom jifhmu aħjar kif iċ-ċelluli jirriċiklaw il-kontenut u r-rwol tal-autophagy fil-proċessi fiżjoloġiċi.
//= $special ?>