Qarrej ta’ NETnews.com.mt bagħat dawn ir-ritratti ta’ tray li kien servut maħmuġ lil wieħed mill-pazjenti.
“Dan mhux iġene” spjega l-qarrej li fisser kif dan it-tray kien servut lil missieru, li jinsab rikoverat fl-isptar. “Dan mhux kif għandu jkun trattat sptar ‘state of the art'” fissret l-istess persuna.
Staqsejna jekk it-tray tħammiġx wara li ntuża, iżda dan ir-raġel qalilna li kien maħmuġ qabel ma ġie servut – tant li bilkemm seta’ jinqala’ mit-‘trolley’ tal-ikel.
“Riċenti kien hemm xi viruses f’xi swali. Il-viruses ma jiġux weħidhom, u dan hu xempju ta’ kif jista’ jkun hemm il-mikrobi” saħqet l-istess persuna.