Sheriffo Kinteh ta’ 19-il sena imwieled il-Gambja, kien ikkundannat tliet snin ħabs u mmultat is-somma ta’ €500 wara li tressaq b’arrest il-Qorti u ammetta li mporta 200 gramma raża tal-kannabis.
Kinteh li għandu karta tal-identità Taljana, wasal f’pajjiżna permezz ta’ katamaran minn Sqallija nhar l-1 ta’ Ottubru li għaddda.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, l-imputat ammetta wkoll li kellu fil-pussess droga li nstabet f’ċirkostanzi li juru li ma kinitx għall-użu esklussiv tiegħu.
Fis-sentenza tagħha, il-Qorti kkonsidrat diversi fatturi, fosthom il-fedina netta tal-imputat.
Il-Prosekuzzjoni f’dan il-każ tmexxiet minn l-Ispettur Jonathan Casar. Għall-imputat deher l-Avukat Mark Mifsud Cutajar.