Lokali

It-traffiku: “Il-Gvern qed jaqa’ għaċ-ċajt” – l-Opinjonista Simon Mercieca

Fit-traffiku, “il-Gvern qed jaqa’ għaċ-ċajt.” Qal dan l-opinjonista Simon Mercieca f’blog ippubblikat fuq The Malta Independent li spjega li dan hu riżultat tal-fatt li f’erba’ snin, il-Gvern Laburista baqa’ ma solviex il-problema tat-traffiku.

Simon Mercieca qal li hu minnu li t-traffiku kien diġa jeżisti, madanakollu l-Gvern l-anqas biss irnexxielu jżomm il-livell tat-traffiku stabbli. “Ma’ kull sena li tgħaddi, is-sitwazzjoni tat-traffiku fin-Nofsinhar ta’ Malta qed tmur mill-ħażin għall-agħar,” spjega Simon Mercieca.

L-opinjonista żied li l-Gvern Laburista ħa deċiżjonijiet mgħaġġla sempliċiment għall-gwadann politiku, bħal per eżempju t-tneħħija tal-‘bendy buses’. Minkejja li dawn tneħħew, ma ssolviet l-ebda problema, għax it-toroq għadhom qed ikunu mwaħħlin, saħaq Simon Mercieca. Hu kompla li quddiem dan kollu, il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi u l-Kap Eżekuttiv ta’ Transport Malta James Piscopo qed jispiċċaw fiċ-ċentru ta’ kritika qawwija.

“Hu ċar li dan il-Gvern m’għandu l-ebda pjan dwar kif se jsolvi l-problemi tat-traffiku” ddikkjara Simon Mercieca. “Minkejja li l-Ministru qal li għandu s-soluzzjonijiet, l-ebda waħda ma tat il-frott,” temm jgħid l-opinjonista Simon Mercieca.

TRAFFIK NEAR UNI