Lokali

Traffiku kbir sa minn kmieni filgħodu : “laħaq livelli ġodda”

Il-Partit Nazzjonalista qed joffri viżjoni għal trasport pubbliku alternattiv – Simon Busuttil

Diversi persuni dalgħodu qed jagħmlu kuntatt mal-kamra tal-aħbarijeit ta’ netnews.com.mt fejn qed jilmentaw minn traffiku kbir f’diversi partijiet ta’ Malta, b’diversi sewwieqa jgħidulna li dalgħodu t-traffiku “laħaq livelli ġodda”.

Sewwieqa minn naha t’isfel ta’ Malta qalulna li saret impossibbli ssuq mis-6:30a.m ‘l quddiem u xi kultant anke mis-6a.m. Filfatt ir-ritratt t’hawn fuq juri s-sitwazzjoni fiż-żona ta’ Bormla fis-6:25a.m ta’ filgħodu fejn kienu għadu d-dlam u t-traffiku kien diġa wieħed qawwi.

Sewwieqa qalulna li ż-żoni tal-Marsa, tal-Barrani, Haż-Żabbar u l-lokalitajiet tal-madwar is-sitwazzjoni tat-traffiku kienet ħażina ħafna.

Persuni li ċemplu rrabjati fil-kamra tal-aħbarijiet qalulna li jiskantaw kif il-Ministru tat-traffiku, li jgħix fl-istess żona, “qed jibqaż ma’ jagħmel xejn quddiem din is-sitwazzjoni frustranti” u staqsew jekk il-Ministru Joe Mizzi hux qed jagħmel kif filfatt appella lill-pubbliku biex jagħmel, iġifiri biex flok tivjaġġa bil-karozza, tivjaġġa bil-baħar.

 

traffiku 3