Internazzjonali

Il-Parlament Ewropew jappoġġja r-ratifika tal-Ftehim dwar il-Klima

epa05049302 Empty rostrum during the opening ceremony of the COP21 World Climate Change Conference 2015 in Le Bourget, north of Paris, France, 30 November 2015. The 21st Conference of the Parties (COP21) is held in Paris from 30 November to 11 December aimed at reaching an international agreement to limit greenhouse gas emissions and curtail climate change. EPA/YOAN VALAT

Il-Parlament Ewropew li, illum, iltaqa’ fi Strasbourg (Franza), appoġġja r-ratifika tal-Ftehim dwar il-Klima ta’ Pariġi, biex b’hekk witta t-triq għall-ewwel patt fuq livell globali f’dan is-settur delikat.

Il-ftehim jaħseb biex jillimita l-emissjonijiet tal-gassijiet greenhouse u biex iż-żidiet fit-temperatura globali jinżammu ’l isfel sew minn 2˚C.

Intant, il-ftehim kien approvat b’610 voti favur, bi 38 vot kontra u b’31 deputat jastjenu.

Il-vot, li kien preżenti għalih is-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, Ban Ki-moon, jiftaħ għall-infurzar tal-ftehim fuq livell dinji – bil-Ministri tal-pajjiżi partikulari, issa,  jistgħu jirratifikaw il-ftehim għan-nom tal-UE aktar ’il quddiem din il-ġimgħa.

It-Trattat, biex jidħol fis-seħħ mil-lat globali, jeħtieġ li tal-anqas 55 pajjiż li jirrappreżentaw almenu 55 fil-mija tal-emissjonijiet globali, jikkonkludu l-passi kollha neċessarji.

Min-naħa tiegħu, Ban Ki-moon esprima sodisfazzjon li seta’ jkun preżenti għall-‘mument storiku’ fi Strasbourg. Fl-istess ħin, is-Segretarju Ġenerali tan-NU hu fiduċjuż li, bl-impenn tal-Parlament Ewropew, ‘se jkunu jistgħu jilħqu t-threshold tal-55 fil-mija fi kwistjoni ta’ ġranet.’