Lokali Saħħa

Infestazzjoni ta’ ġrieden fil-fergħa tal-BOV f’Tas-Sliema

Skont il-General Workers’ Union, hemm infestazzjoni ta’ ġrieden fil-fergħa tal-BOV f’Tas-Sliema.

L-aħbar ingħatat mill-GWU stess, li tat direttiva ta’ waqfien mix-xogħol lill-impjegati li jaħdmu f’din il-fergħa.

“Din l-azzjoni kienet meħtieġa skont in-normi ta’ Saħħa u Sigurtà bil-għan li tkun protetta s-saħħa tal-impjegati u anke tal-klijenti tal-istess bank” qalet il-GWU fi stqarrija.

Il-GWU qalet li l-BOV għaraf is-sitwazzjoni partikolari u f’kuntatt li għamel mal-GWU ikkonferma li se jieħu passi kollha meħtieġa biex issolvi din il-problema malajr kemm jista’ jkun.

Ritratt: Arkivji