Djibril Ganiou ta’ 33 sena imwieled Togo u residenti f’Tas-Sliema tressaq il-Qorti b’urġenza akkużat fost oħrajn bil-qtil ta’ Caroline Magri ta’ 41 sena minn San Ġiljan. Caroline Magri nstabet mejta fl-appartament tagħha f’San Ġiljan il-Ġimgħa waranofsinhar, allegatament b’daqqiet ta’ strument jaqta
Il-Pulizija kienet żammet lil Ganiou is-Sibt sabiex jgħinha fl-investigazzjoni iżda l-Ħadd kellha twaqqaf l-investigazzjonijiet ħesrem sabiex jingħata l-kura minħabba problemi ta’ saħħa mentali. Hu kien arrestat mill-ġdid wara li dalgħodu kien rilaxxat mill-Isptar Monte Carmeli
Madwar sena ilu, Magri kienet sfat aggredita minn Ganiou u kien tressaq il-Qorti akkużat li hedded, għajjar u kkaġuna ġrieħi ħfief lill-istess Magri.
Fuq l-ewwel żewġ akkużi, il-vittma Caroline Magri kienet ħafret lil akkużat. Fuq it-tielet akkuża Ganiou ingħata l-liberta’ provizorja fuq depożitu u garanzija personali.
Quddiem il-Maġistrat Gabriella Vella u assistit minn interpretu fil-lingwa Franċiża, Ganiou wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih
L-Akkużat ma talabx il-ħelsien mill-arrest
Il-Prosekuzzjoni qed titmexxa mill-Ispettur Keith Arnaud filwaqt li Ganiou hu assistit mill-Avukat Giannella De Marco
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		