Il-plejer ta’ Neptunes u li bħalissa qed jilgħab fil-kampjonat Taljan ma’ Origia Stevie Camilleri għal sena oħra hu l-Plejer tas-Sena tal-ASA, F’dan l-istaġun, Camilleri rebaħ l-unur tal-Plejer tax-Xahar f’Ġunju u Lulju u kien mistenni li jikseb unur personali ieħor, fi staġun memorabbli għal Neptunes bir-rebħ tal-kampjonat. Il-gowlkiper ta’ Sirens Nicky Grixti spiċċa fit-tieni post kompliċi wkoll il-fatt li rebaħ il-Plejer tax-Xahar ta’ Awwissu.
Din hi s-sitt darba li Camilleri rebaħ dan l-unur wara kien rebaħ dan l-unur fl-2007, l-2011, l-2012, l-2013 u l-2015. “Inħossni kuntent li l-isforzi u s-sagrifiċċji tiegħi huma apprezzati. Kburi bil-fatt li sirt l-ewwel plejer li rebaħ dan l-unur sitt darbiet,” qal Camilleri fl-ewwel kumment lil dan is-sit.
Mill-Ewwel Diviżjoni, ir-rebbieħ tal-Plejer tas-Sena tal-Ewwel Diviżjoni hu l-plejer ta’ Ta’ Xbiex Michele Mifsud li spiċċa qabel il-plejer tax-xahar ta’ Ġunju u Lulju Claudio Spiteri Debarro ta’ Marsaxlokk.
//= $special ?>


 
  
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		 
		