Il-Papa Franġisku, illum, għamel żjara sorpriża f’Amatrice li kienet fost l-ibliet li ntlaqtu l-agħar mit-terremot ta’ Awwissu li heżżeż iċ-ċentru tal-Italja u kkaġuna l-mewt ta’ mijiet ta’ nies.
Il-Vatikan kien żamm din iż-żjara sigrieta sal-wasla tal-Papa f’din il-belt, bil-Kap tal-Kattoliċi jżur ċentru ta’ Amatrice li qed iservi bħala skola flimkien ma diversi lokalitajiet oħra. Hu, sadanittant, iltaqa’ ma’ għexieren ta’ nies li huma kostretti jgħixu fit-tined wara li kkrollawlhom ir-residenzi.
Il-Papa tkellem fit-tul mar-residenti taz-zona u waqt li offrielhom kliem ta’ faraġ ħeġġiġhom biex huma jħarsu lejn il-futur b’ottimiżmu. Il-Papa Franġisku nnifsu xtaq li ż-żjara ssir mingħajr wisq pubbliċità biex hu ikun eqreb tar-residenti li għaddejjin minn daqstant tbatija.
Iż-żjara kommoventi saret proprju fil-jum iddedikat lill-Festa ta’ San Franġisk ta’ Assisi, bil-Papa jżur ukoll l-inħawi ta’ Accumoli u Arquata del Tronto fejn kienu nqerdu diversi djar waqt it-theżżiża ta’ Awwissu.
//= $special ?>