Il-Bank Portugiż Banif se jbiegħ 78.5% tal-isħma fil-Banif Bank Malta lil investituri mill-Qatar. Dawn in-negozjati kienu żvelati minn The Times li qalet li l-Bank se jinxtara minn Al Faisal Holding għal somma mhux magħrufa.
Il-Bank Portugiż kien sfurzat biex ipoġġi l-investimenti barranin kollha għall-bjegħ wara li bbenefika minn bailout tal-UE fl-2013. Il-Bank iffissa wkoll terminu sal-2017 biex ibiegħ il-maġġoranza tal-ishma fil-Bank Malti. Banif Bank Malta għamel profitt ta’ €15-il miljun qabel it-taxxa fl-2015 u jimpjega madwar 150 impjegat. L-azzjonisti minoritarji Maltin se jżommu l-ishma tagħhom.
Al Faisal Holding hi kumpanija multi-nazzjonali li għandha 20 kumpanija tagħha li jinkludu lukandi, kumpanija li joffru servizzi finanzjarji, università privata u kumpanija tat-trasport u l-loġistika. Al Faisal Holding kienet twaqqfet minn Sheikh Faisal Bin Qassim Al Thnai, wieħed mill-iktar persuni sinjuri fil-Qatar.
//= $special ?>

