Lokali

Filmat: Il-Front Ħarsien ODZ jaqbel mad-dikjarazzjoni tal-Kap tal-PN

L-Oppożizzjoni mhijiex kontra li jkun hemm Masterplan għaż-żona ta’ San Ġiljan u Paceville, iżda hemm żewġ aspetti li l-Oppożizzjoni qed tikkunsidra: li jkun hemm ‘level playing field’ fejn jidħol il-Masterplan għal San Ġiljan u Paceville; u dwar ir-reklamazzjoni tal-art.

Dan spjegah il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil f’kumment lill-media, li fih saħaq li l-Masterplan m’għandux ikun lista ta’ dak li jixtiequ l-persuni u li l-Gvern irid jaqdi.

Dwar ir-reklamazzjoni tal-art ħareġ stqarrija wkoll il-Front Ħarsien ODZ, fejn qal li jopponi għal kull tip ta’ reklamazzjoni ta’ art li jsir għal skop ta’ bini u spekulazzjoni. Għal din ir-raġuni, il-Front ma jaqbilx ma’ bini ta’ appartamenti fis-sit tal-Jerma u fis-sit ta’ Portomaso f’Paceville, kif propost fil-Masterplan.

Il-Front Ħarsien ODZ temm l-istqarrija billi qal li jilqa’ b’mod pożittiv id-dikjarazzjoni li għamel il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil dwar ir-reklamazzjoni tal-art.