Lokali

FILMAT: Muscat jitlaq ‘il barra minn konferenza tal-aħbarijiet mingħajr ma jieħu mistoqsija waħda tal-ġurnalisti

Il-Prim Ministru Joseph Muscat għażel li ma jweġibx mistoqsija waħda tal-ġurnalisti, u dan minkejja li l-ġurnalisti kienu msejjħa biex jattendu konferenza tal-aħbarijiet.

F’kull pajjiż demokratiku, il-ġurnalisti jitħallew jistaqsu l-mistoqsijiet tagħhom fi tmiem konferenza tal-aħbarijiet, iżda mhux fil-każ ta’ Malta, fejn il-Prim Ministru ħareġ ‘il barra mingħajr ma ħa mistoqsija waħda.

Wieħed mill-uffiċjali ta’ Kastilja deher imbarazzat bis-sitwazzjoni, filwaqt li l-eks ġurnalista tas-Super One Ramona Attard, li llum taħdem Kastilja, qalet lill-ġurnalisti biex jibgħatu e-mail.

“Mela f’konferenza tal-aħbarijiet bilforsi trid tistaqsi?” qalet Ramona Attard lill-ġurnalisti, li min-naħa tagħhom wieġbu li l-punt ta’ konferenza tal-aħbarijiet hu li l-ġurnalisti jkunu jistgħu jistaqsu.

Din mhux l-ewwel darba li l-Prim Ministru, jew Ministri tal-Gvern, irrifjutaw li jwieġbu lill-ġurnalisti. Fl-aħħar jiem, il-Ministru Joe Mizzi saħansitra kkanċella konferenza tal-aħbarijiet wara li ħalla lill-ġurnalisti jistennew kważi siegħa sħiħa.

Għall-attività ta’ Kastilja, il-ġurnalisti kienu infurmati bil-konferenza tal-aħbarijiet tlett kwarti biss qabel bdietu matulha tħabbar li bank privat se jgħaddi f’idejn sidien ġodda.