Lokali

FL-AĦĦAR ĦIN: Nar f’garaxx fl-Iklin

Ritratt : Martin Agius

Fl-Iklin kellhom jissejjħu membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili wara nar li ħakem garaxx fi Triq Ġużè Ellul Mercer. NETnews.com.mt jinsab infurmat li fuq il-post intbgħatet ambulanza madanakollu ħadd ma weġġgħa f’dan l-inċident.

Il-Pulizija ġew infurmati bil-każ għall-ħabta tas-1.50pm, u minnufih marru fuq il-post.

Għadu mhux magħruf x’ikkawża dan il-ħruq.

Aktar dettalji hekk kif jidħlu…